Is-Sibt filgħodu mal-ewwel bdiet il-ħidma biex 300 metru mill-flyover tal-Marsa tingħata wiċċ ġdid.
Dan wara li inċident il-Ġimgħa filgħodu wassal biex jinxtered mal-200 litru żejt tal-ikel fit-triq b’riżultat li din kellha tingħalaq għat-traffiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żejt inxtered fuq il-flyover li tagħti lejn minn Triq Garibaldi għal Triq Aldo Moro.
Il-ħidma bdiet il-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, bdewix-xogħlijiet ta’ tneħħija u tqegħid ta’ asphalt ġdid.
It-triq se tkun magħluqa għaliex mhix sigura, u l-ħsieb huwa li l-korsija tirritorna għas-sewwieqa għada tard waranofsinhar.