Fl-isptar San Vinċenz de Paul, l-ewwel anzjana li kienet ħadet l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-COVID-19 ingħatat it-tieni doża.
Hija kienet l-ewwel anzjana f’Malta li ngħatat din it-tilqima.
“Hekk kif issa r-residenti kollha f’San Vinċenz del Paul li aċċettaw li jitlaqqmu ngħataw l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, 878 anzjan, mil-lum se tibda tingħata t-tieni tilqima lill-anzjani, filwaqt li fl-istess ħin se nassiguraw li l-impjegati jitlaqqmu wkoll,” qal il-Ministru Michael Farrugia.
Sa nofs Frar mistenni li dawn l-anzjani f’San Vinċenz de Paul ikunu ngħataw it-tieni doża tat-tilqima, filwaqt li sal-aħħar ta’ Frar hu mistenni li jkunu tlaqqmu bit-tieni doża l-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati.
Intant ilbieraħ il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar kif 85% tal-anzjani fl-Isptar San Vinċenz de Paul tlaqqmu bl-ewwel doża tal-vaċċin.
https://www.one.com.mt/2021/01/21/85-tal-anzjani-fl-isptar-fsvdp-imlaqqma-bl-ewwel-doza-u-minn-ghada-se-jibdew-jiehdu-t-tieni-doza/