Mil-lum bdiet tingħata t-tieni doża kontra l-Covid-19 lill-anzjani li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima fid-djar kollha tal-anzjani, inklużi dawk privati, kif ukoll il-frontliners. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva.
Fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa llum ngħatat it-tieni doża tat-tilqima, fost l-oħrajn lill-ewwel żewġ anzjani mid-djar tal-anzjani li ngħataw din it-tilqima.
Preżenti fid-dar tal-anzjani ‘Dar il-Madonna’, il-Ministru Michael Farrugia ngħata l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.
Il-Ministru Farrugia qal li hekk kif bħalissa qed jitlaqqmu l-anzjani u l-ħaddiema fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati, illum bdiet tingħata t-tieni doża tat-tilqima lil dawk li tliet ġimgħat ilu ngħataw l-ewwel doża.
Dr Farrugia sostna li b’dan r-ritmu li l-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati, se jkunu ngħataw it-tieni doża sal-aħħar ta’ Frar.