Ftit qabel is-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar iddaħħal it-tebut tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun.
It-tebut li kellu fuqu l-bandiera tal-pajjiż kien immexxi għal madwar sentejn u nofs, iddaħħal minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Membru tal-Forzi Armati żamm il-medalji illi ħa tul ħajtu Karmenu Mifsud Bonnici, fosthom dik tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu bħala kumpann tal-unur.
L-aħħar tislima se tkun qed issir mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
Preżenti wkoll hemm Patri Dijonisju Mintoff, li jiġu ħu l-eks Prim Ministru Duminku Mintoff, li l-Avukat Mifsud Bonnici kien is-suċċessur tiegħu bħala Prim Ministru.
Preżenti għal din l-aħħar tislima hemm il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia, il-mara tal-President Miriam Vella u diversi membri parlamentari.










