Mil-lum iċ-ċentri tas-saħħa se jibdew jagħtu t-tilqima tal-Influwenza. Persuni li għandhom aktar minn 55 sena jew tfal ta’ bejn 6 xhur u 59 xahar jistgħu imorru sabiex jirċievu din it-tilqima. Persuni li jbatu b’mard kroniku bħall-mard tal-qalb, pulmun, HIV jew AIDS jistgħu jirċievu din it-tilqima wkoll. Dawn għandhom jieħdu magħhom il-kartuna s-safra. Mill-21 ta’ Ottubru din it-tilqima se tkun qed tinagħta lil kull persuna li għandha aktar minn 6 xhur.
Persuni li ma jistgħux joħorġu mid-dar għandhom iċemplu lill-Commcare fuq 22589393.
Din is-sena l-Gvern xtara 100,000 tilqima bil-għan li eventwalment tingħata lil madwar 85,000 ruħ. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament qal, li din is-sena l-virus tal-Influwenza mistenni jolqot mal-250,000 ruħ li tiġi madwar nofs il-popolazzjoni Maltija. Din il-figura żdiedet sew mis-sena li għaddiet l-hawn hekk kif is-sena l-oħra huwa stimat li madwar 150,000 persuna qabditha l-influwenza.