Fl-aħħar jiem eluf ta’ sewwieqa fin-Nofsinhar ta’ Malta setgħu jaraw kif il-mini ta’ Santa Luċija bdew jieħdu s-sura tagħhom.
Fil-fatt ix-xogħol fuq dan il-proġett mexa b’ritmu mgħaġġel ħafna fejn il-ħaddiema jinsabu għaddejjin bla waqfien biex ilestu dan il-proġett ambizzjuż fl-inqas ħin possibbili.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li dan il-propett qiegħed isir b’nefqa ta’ €20 miljun. Qal li dawn il-mini se jiffurmaw konnessjoni diretta bejn Vjal Santa Luċija u t-Triq tal-Barrani.
Permezz tal-bini ta’ dawn il-mini se tonqos il-konġestjoni tat-trafiku fir-roundabout fit-tarf tat-telgħa magħrufa bħala tal-Addolorata.
Iż-żewġ ħitan li se jkunu qed jiffurmaw dawn il-mini huma magħmula minn 260 panew tal-konkos.