Wasal l-ewwel bastiment, b’għajnuna umanitarja f’Gaza.
Il-bastiment Spanjol Open Arms, telaq minn Ċipru, it-Tlieta, b’200 tunnellata ta’ ikel, anke fid-dawl li l-Ġnus Magħquda qalet li l-poplu ta’ Gaża, jinsab f’riskju li jmut bil-ġuħ.
Filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali, juri krejn iħott il-vapur u jgħabbi l-għajnuna umanitarja f’diversi trakkijiet, biex jitqassmu fil-medda ta’ Gaza.
Dan il-bastiment, li f’Ċipru stess sarulu tfittxijiet minn uffiċjali Iżraeliti, inkluda fost l-oħrajn, ross, żejt, dqiq, u tamal – li għandu sinifikat għal żmien ir-Ramadan.
Din il-wasla, kienet parti minn proġett pilota, hekk kif il-konsenji permezz tal-ajru u l-art, ma kinux ta’ suċċess, biex iwasslu l-għajnuna f’Gaża.
Minndu bdiet il-gwerra fil-Lvant Nofsani f’Ottubru li għadda aktar minn 31,400 persuna nqatlu, f’Gaza, fosthom nisa u tfal.