Il-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden mistenni jibda jħabbar il-kabinett tiegħu fiż-żmien li ġej hekk kif beda l-proċess ta’ tranżizzjoni biex hu jieħu postu fil-White House.
Bosta eks kollegi mill-amministazzjoni Barack Obama se jsibu post fit-tmexxija tal-Istati Uniti, fosthom John Kerry, li ngħata d-dekasteru tal-klima, u Anthony Blinken se jkun nominat għal Segretarju tal-Istat.
Ġimgħat wara li tilef l-elezzjoni Presidenzjali tat-tlieta ta’ Novembru, il-President Amerikan Donald Trump ta l-ordni biex jibda l-proċess ta’ tranżizzjoni biex sa Jannar li ġej, Joe Biden jinħatar uffiċjalment bħala President Amerikan.