Malta bl-ewwel strateġija għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, llum tħabbret it-triq ‘il quddiem għal ħames snin li ġejjin, bl-ewwel strateġija nazzjonali tal-prevenzjoni tal-kriminalità 2017-2021 bit-tema, għall-ħarsien tiegħek.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela li tkellem kif din hija mbija fuq kunċett innovattiv li jiġbor fih l-ħidma ta’ entitajiet kemm Governattivi u non-Governattivi fi sforz wieħed ħolistika lejn din il-missjoni. Innota li l-enfasi hija fuq ħidma kollettiva u mhux iżjed individwali minn setturi differenti.
Din l-istrateġija hija ffukata fuq sitt oqsma ċentrali li jibnu fuq xulxin: School-based prevention, Youth Justice, Policing for Crime Prevention, Crime Families, Reduction of incidence of specific crimes u re-offending and re-victimisation and situational crime prevention designs.
Dan ifisser li din l-istrateġija se tassigura li l-prevenzjoni tibda minn fuq il-bankijiet tal-iskola minn età ċkejkna u tara ukoll li toffri assistenza lil persuni li jkunu diġà skontaw sentenza. Il-Ministru Abela saħaq li l-Gvern matul din l-amministrazzjoni ħadem b’mod sħiħ biex isaħħaħ il-protezzjoni u jnaqqas il-kriminalità.
Matul din il-konferenza ġew ukoll imħabbra tliet programmi oħra immirata fuq il-prevenzjoni tal-krimintalità. Tnejn kienu mid-Dipartiment tal-Probation u Parole u kampanja edukattiva mill-Pulizija tal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji tal-Pulizija.