Il-Fond Fiduċjarju t’Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika, li twaqqaf permezz tal-Malta Declaration fit-3 ta’ Frar li għadda, fuq qbil tal-mexxejja Ewropej f’ pajjiżna waqt il-Malta Summit, kien allokat €90 miljun.
Dan il-Fond għandu l-għan li jindirizza l-istabilita u s-sors tal-problema tal-migrazzjoni irregolari mill-pajjiżi Afrikani permezz t’ iktar protezzjoni u assistenza lill-immigranti li jkunu għadhom ma telqux mill-kontinent, b’ mod partikolari dawk maqbudin fil-Libja.
Fi stqarrija, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini qalet li waqt li l-Unjoni qed taħdem biex tħarreġ u ttejjeb il-kapaċitajiet tal-gwardja tal-kosta tal-funtieri Ewropej, b’ sens ta’ kuxjenza, qed tipprova tindirizza s-sitwazzjoni tal-immigranti li weħlu fil-Libja.
Id-€90 miljun allokati għall-fond għandhom propju dan l-għan billi jissussidjaw kura primarja u gvernanza lokali aħjar u jgħinu fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku taż-żona fost proġetti oħra.
Mogherini saħqet li l-Libja u l-Libjani kienu u jibqgħu prijorita għall-Unjoni Ewropea, filwaqt li sostniet li l-Unjoni qed taħdem biex tippromwovi soluzzjoni politika għall-kriżi Libjana.