Il-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu bdiet u l-Partit Nazzjonalista baqa’ ma ppreżentax il-costings tiegħu lill-poplu.
Dan għalkemm bdiet il-votazzjoni bikrija u ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-jum tal-votazzjoni. Filwaqt li Bernard Grech ġmielu jwiegħed li sa tmiem il-kampanja elettorali ser iniedi dokument bil-costings dan id-dokument baqa’ ma rax id-dawl tax-xemx.
Madankollu dan jidher li mhux jinkwieta lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li b’pompa liema bħalha, bħal donnu ftaħar li għadu ma ppubblikax il-costings.
Dan waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista l-Ġimgħa filgħaxija fl-Imdina.
Bernard Grech qal, “Il-costings tagħna joħorġu meta jkun il-waqt għaliex aħna niddeċiedu l-istrateġiji tagħna u mhux intom.”
Fl-istess attività Bernard Grech rrefera għal costings bħala redikolaġni.
Hu qal, “U ħa nitkellem ftit fuq din tal-costings, għax ilhom jippruvaw jiġbdulna saqajna biha din. Imma jiena kalm u m’għandiex għalfejn naqa’ għal dan ir-redikolaġni.”