Fir-renju Unit, bdew jivvutaw il-membri tal-Partit Konservattiv sabiex jintagħżel kap tal-partit ġdid wara r-riżenja ta’ Boris Johnson.
Għal din il-kariga qed jikkontestaw tmien kandidati, u l-votazzjoni li għaddejja bħalissa għandha l-għan li telimina numru ta’ kandidati sakemm ikun għad fadal biss tnejn.
Fil-Parlament tar-Renju Unit f’Londra, bosta deputati qegħdin jistennew ir-riżultat b’ħerqa kbira.
Sa issa l-aktar deputat popolari fil-partit huwa Rishi Sunak, f’kampanja kkaratterizzata minn nuqqas ta’ qbil bejn il-kandidati dwar it-taxxa.