Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, għaddejja l-votazzjoni fl bikrija għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, li fiha mistennija jivvutaw mat-tletin delegat.
Din il-votazzjoni qed issir biex Daniel Micallef jiġi kkonfermat Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, wara li aktar kmieni dan ix-xahar tefa’ n-nomina tiegħu għal din il-kariga.
Il-votazzjoni bikrija qed issir illum bejn id-disgħa u nofsinhar, u l-votazzjoni tkompli nhar is-Sibt li ġej, 25 ta’ Lulju.
B’kollox, seba’ mija u tnejn u sittin delegat tal-Partit Laburista huma eliġibbli li jivvutaw.