Inħareġ nofs il-grupp ta’ subien li kienu maqbuda f’għar fit-Tramuntana tat-Tajlanda għal ġimgħatejn.
Il-ħaddiema ta’ salvataġġ iddeċidew li jkomplu bl-operazzjoni perikoluża tul il-jum tal-Ħadd minħabba biżgħat li l-ilma jkompli jogħla.
L-għaddassa qegħdin jigwidaw it-tnax-il tifel u l-kowċ adult tagħhom, fi gruppi, tul il-passaġġ imdallam biex tirnexxi l-missjoni ta’ salvataġġ.
S’issa għadu mhux ċar kemm mistennija tieħu ħin din il-missjoni pero tidher li mixja b’ritmu mgħaġġel aktar milli mistenni.