Illum f’nofsinhar bdiet il-maratona ta’ sittin siegħa Oħloq Tbissima.
F’Dar San Ġużepp f’Santa Venera, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Charles Scicluna assistew għal bidu ta’ din il-maratona li qed issir b’risq il-missjoni tal-MSSP.
L-MSSP taħdem qatigħ f’pajjiżi bħal Peru, Pakistan iżda anki f’Malta. Dan l-aħħar bdiet ukoll missjoni f’Kuba.
Tul din il-maratona qed jittella’ spettaklu minn għadd ta’ personalitajiet.
Il-maratona Oħloq Tbissima tintemm il-Ħadd f’nofs il-lejl.