Tibda l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ xufier ta’ taxi li allegatament attakka passiġġier Brażiljan
Bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Mohamed Bashir Ibrahim Aljalli, Libjan u xufier ta’ taxi, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ta daqqiet ta’ sikkina lil passiġġier Brażiljan fil-Belt Valletta, wara tilwima dwar sewqan bl-addoċċ.
Fuq il-pedana tax-xhieda, tegħet tixhed Daniela Casdova, li dakinhar tal-allegat inċident kienet passiġġier u ħabiba tal-vittma. Hija xehdet li kollox beda wara tilwima dwar sewqan eċċessiv.
Ix-xhieda kompla jgħid li malli waslu fid-destinazzjoni, il-vittma baqgħet ġol-karozza biex tħallas lil allegat aggressur, fejn kien hawn li l-vittma qalet lix-xufier bħala miġnun u li kien se joqtlhom.
Kien hawn li l-vittma ħareġ mil-vettura u attakka lill-vittma.
Għall-parte civile qed tidher l-Avukata Francesca Zarb.