Fl-ewwel seduta b’rabta mal-każ tal-attakk terroristiku f’Pariġi f’Novembru tal-2015, xehed ir-raġel li kera l-appartament tiegħu liż-żewġ aggressuri responsabbli.
Jawad Bendaoud, ta’ 31 sena, tressaq il-Qorti akkużat li wara l-attakki, ħeba lil Abdelhamid Abaaoud u lil Chakib Akrouh fl-appartament tiegħu.
L-akkużat kemm il-darba ddikjara l-innoċenza tiegħu fuq programmi televiżivi fi Franza, meta kien jgħid li ma kienx jaf li kienu terroristi.
Il-Qorti f’Pariġi issa trid tiddeċiedi jekk l-akkużat kienx kompliċi jew le.
Jekk jinstab ħati, Bendaoud qed jaffaċċja sentenza sa sitt snin priġunerija.
L-aggressur Belġjan Abaaoud kien inqatel waqt rejd li sar fl-appartament wara l-attakki mill-Pulizija, filwaqt li Akrouh li kien kompliċi miegħu sploda lilu nnifsu.
L-attakki mdemmija fil-kapitali Franċiża f’Novembru ta’ tliet snin ilu ħallew 130 persuna bla ħajja u mijiet oħra midruba.