Wara li lbieraħ fl-22.00 ngħalqet il-votazzjoni madwar Malta u Għawdex fiċ-ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar bħalissa qed isir is-sorting bil-voti wiċċchom l-isfel biex imbagħad għall-ħabta tal-10.00 il-voti jibdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq.
Eżempju s-sorting tal-ewwel distrett huwa lest, għalhekk issa jridu jistennew li dan il-proċess jintemm mid-distretti kollha biex il-voti jibdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq biex jiġi determinat liema kandidati tal-Partiti ġew eletti.
Biex imbagħad il-vot jitqiegħed fil-garżella tal-kandidat li jkollu numru 1 (l-ewwel preferenza). Fil-każ li jkun hemm xi dubju dwar il-validità tal-vot, dan jitqiegħed fil-garżella mmarkata ‘Dubjużi’.
Dan il-proċess jibqa’ għaddej għal kull distrett u l-partiti politiċi jkunu minn tal-ewwel li jkunu jafu l-eżitu tal-elezzjoni ġenerali dan hekk kif l-aġenti tagħhom, li bħalissa jinsabu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti jkunu wara l-perspex biex jimmarkaw il-voti li jkunu inqalbu fuq karta apposta.
Il-Partiti jieħdu kampjun ta’ 50 vot minn kull kaxxa biex minn l-ewwel preferenza mmarkata fuq il-vot. Minn dawn il-kampjuni l-Partiti joħorġu l-predictions tagħhom.
ONE.COM.MT se jkun qed jaġġornakom kontinwament miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.