Malta bdiet ħidma sabiex il-bżonnijiet tad-dinja tax-xogħol tal-lum u t’għada jkollhom qafas legali ġdid li jnaqqas l-abbużi.
Dan intqal mill-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt li kien f’laqgħa virtwali ma’ rappreżentati ta’ professjonisti minn oqsma differenti.
Fost dawk milquta hemm dawk il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom jew fuq kuntratt definit anki għal perjodu qasir ħafna.
Dawn il-ħaddiema jinkludu kittieba, konsulenti u professjonisti fost oħrajn.
Il-Ministru Abela qal kif l-użu tat-teknoloġija qed ibiddel il-postijiet tax-xogħol u għalhekk neħtieġu relazzjoni iżjed b’saħħitha bejn il-ħaddiem u min iħaddem.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-leġislatur irid ilaħħaq ma’ dinja tax-xogħol li qed tevolvi.
Huwa qal: “Irridu naraw li d-dinja tax-xogħol, kif id-dinja tax-xogħol qed tiżviluppa, kif se tkompli tiżviluppa anke fiż-żmien li ġej u jekk il-qasam legislattiv tagħna huwiex acurate biżżejjed biex jilħaq u jlaħħaq ma dawn l-iżviluppi ġodda.”
Il-Ministru Carmelo Abela saħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm flessibilità għall-ekonomija li qed tkompli tiżviluppa permezz ta’ xogħlijiet li issa bil-pandemija qed isiru anki mid-dar u b’użu akbar tat-teknoloġija.