Din il-ġimgħa beda proġett li jiswa €10 miljun li se ttejjeb l-erba’ mini ewlenin fit-toroq arterjali Maltin. Dawn l-erba’ mini huma l-mini Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan, il-mini Tal-Qroqq fl-Imsida, il-Mini ta’ Santa Venera u l-Mini ta’ Ħal Kirkop.
Dan intqal mill-aġenzija Infrastructure Malta fuq il-midja soċjali, fejn intqal li l-maġġoranza tax-xogħlijiet se jsiru matul il-lejl u fi tmiem il-ġimgħa jew festi pubbliċi.
Intqal kif ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett jinkludi t-tindif tal-ħitan tagħhom, tiswijiet strutturali, dwal ġodda, sistemi ta’ cameras tas-sigurtà bit-teknoloġija li jinnotifikaw lill-awtoritajiet b’mod awtomatiku meta jkun hemm xi diffikultà fil-mini, sistemi ta’ kontra n-nirien, ta’ sigurtà u ta’ emergenza.