Beda l-iskavar b’rabta ma’ proġett ta’ housing soċjali f’Ħaż-Żebbuġ. Proġett li matulu se jinbnew tmien appartamenti fi Triq il-Qolla, b’investiment ta’ €550,000.
Il-Ministru Michael Farrugia spjega li dan huwa l-ewwel minn sittax-il sit ieħor identifikat għal proġetti ta’ housing soċjali.
Liema proġetti mistennija joħolqu mas-600 appartament ġdid li se jkunu qed iwasslu għal tnaqqis fil-lista ta’ stennija għal housing soċjali filwaqt li aktar nies se jkunu qed jibbenefikaw minn dan l-inċentiv li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti.
Fil-jiem li ġejjin se jkunu qegħdin jinħarġu ukoll tenders bl-għan li jibda l-iskavar f’sit ieħor identifikat, f’Ħ’Attard. Fi kliem il-Ministru Farruggia dawn il-proġetti se jkunu qed jitlestew fil-jiem li ġejjin.