Għall-ħabta tas-6.15pm fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bdiet l-ewwel sessjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, bit-tema ‘Fiduċja f’Pajjiżna’.
Fil-bidu tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Fiduċja f’Pajjiżna’, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard sellmet il-memorja tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici.
Hawnhekk fis-Sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, id-delegati u n-nies qamet u ċapċpet.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici miet aktar kmieni dan ix-xahar fl-età ta’ 89 sena.
F’din l-ewwel sessjoni se jitkellmu d-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista, Chris Fearne u Daniel Micallef.