Ser tibda l-ewwel fażi t’asfaltar fi Triq is-Sebħ li tifforma parti mill-Marsa Ħamrun bypass mil-lejla, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera u lejn il-Marsa.
Ix-xogħol ser jibda fit-8.00 ta’ filgħaxija sal-5.00 ta’ filgħodu u mistenni jkompli għaddej fl-iljieli ta’ wara. Waqt ix-xogħol din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku. It-triq ser tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni matul il-jum.
Transport Malta ħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi u jsegwu d-direzzjonijet, prekawzjonijiet u limit ta’ veloċita’ kif immarkati fuq is-sinjali tat-traffiku li twaħħlu temporanjament fuq il-post.