Martine Cutajar illum bdiet il-vjaġġ tagħha lejn Telagana, l-Indja, fejn se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Konkors Miss World.
Propju mill-lum, Martine tibda tiltaqa’ ma’ bosta tfaliet parteċipanti li se jkunu qed jagħmlu din l-esperjenza flimkien b’kulturi differenti minn madwar 120 pajjiż ieħor.

Il-finali tat-72 edizzjoni ta’ Miss World ser titella’ fil-31 ta’ Mejju f’Telagana stess u mistennija li tkun serata ta’ spettaklu kbir f’xandira fuq 70 stazzjon televiżiv, fostom ONE li għal sena oħra se jxandar dan l-ispettaklu.
one.com.mt se jżommkom aġġornati b’dak kollu li Martine tkun qed tiehu sehem fih u nawgurawlha xewqat sbieh f’isem l-organizatturi Sue Rossi u Claudia Calleja li flimkien jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ta’ appoġġ tul il-preparamenti tagħha biex waslet għal din l-esperjenza.
