Matul il-jum tat-Tlieta tbediet il-50 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Din is-sena mistennija jipparteċipaw 140 jott għal tellieqa qalila maċ-ċentru tal-Mediterran.
Mat-tokki tal-11 tas-Sibt filgħodu jibdew ħerġin l-ewwel dgħajjes mill-Port il-Kbir fejn minn hemm jingħata bidu għal tellieqa oħra li twasslek sa Sqallija. Fost id-dgħajjes se jkun hemm ukoll l-akbar jott li qatt ipparteċipat bl-isem ta’ Nikita.
Fil-ħinijiet tat-tellieqa l-Forzi Armati u Transport Malta se jkunu qed jinfurzaw notifika tal-baħħara li tghid li l-Port il-Kbir se jkun magħluq għad-dgħajjes kollha sakemm joħorġu d-dgħajjes kollha.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima rringrazzja lill-organizzaturi ta’ din L-attivita. Huwa qal li dawn attivitajiet iġibu aktar turisti lejn pajjiżna kif ukoll ikomplu jpoġġu lill-pajjiżna fuq il-mappa internazzjonali.