Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-xogħol Evarist Bartolo dalgħodu ppreżenta dokument ta’ konsultazzjoni għal ligi dwar l-Universita ta’ Malta.
Fid-dokument hemm mezzi kif l-Università tkompli toffri edukazzjoni b’xejn.
Ħidmet l-Universita hija regolata fil-liġi tal-Edukazzjoni. Bħalissa din il-liġi qed tigi aggornata u maqsuma f’numru ta’ ligijiet, għal numru ta’ raġunijiet; biex ittejjeb l-edukazzjoni, biex tilqa’ għall-isfidi tal-lum u biex taħseb għall-ġejjieni.
Il-liġi proposta dwar l-Universita ta’ Malta qed tipproponi bagit miftiehem fuq tliet snin minflok sena b’sena – biex tati lok għall-ipjanar iktar fit-tul.
Tipproponi awtonomija ikbar, sehem ikbar mill-istudenti, trasparenza u kontabilità, u edukazzjoni li tilqa l-isfidi socjali u tipprepara lill-istudenti għax-xogħol eventwali tagħhom, kif ukoll ikunu preparati fuq livell etiku u soċjali.
Il-konsultazzjoni hi miftuħa sal-aħħar ta’ Ġunju, fejn kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ jagħti l-opinjoni tiegħu, hekk kif is-soċjeta kollha tista’ tibbenefika minn Università aħjar.