Il-ġuri ta’ Etienne Bartolo magħruf bħala l-‘Vojt’ daħal fl-aħħar stadju tiegħu hekk il-ġurati daħlu jiddeliberaw il-verdett.
Bartolo qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Marzu tal-2017.
Il-verdett huwa mistenni li jingħata iktar tard illum, bl-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tagħti s-sentenza ftit wara jekk l-imputat jinstab ħati.
Għal Bartolo qed jidhru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo. Dan filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qegħdin jidhru parte civile għall-familja tal-vittma.