Il-Każin tal-Banda Mount Carmel fil-Gżira qed jorganizza, għat-tieni darba, thrift pop-up bl-iskop li jinġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Richmond, li taħdem ma’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u f’kura paljattiva.
Dan l-avveniment se jsir fil-każin tal-banda stess nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 29 u 30 ta’ Novembru, bejn nofsinhar u t-tmienja ta’ filgħaxija.
F’dawn il-jumejn wieħed jista’ jsib kollezzjoni ta’ ħwejjeġ second-hand, aċċessorji, kotba u aktar.
Kull min jattendi hu mitlub jieħu miegħu basktijiet għax-xiri bil-għan li jintlaħaq l-iskop ukoll ta’ aktar sostenibbiltà.