Eluf ta’ Maltin u turisti laqgħu l-istedina għall-Open Day fil-Malta Film Studios, u qattgħu ‘Ġurnata ma’ tal-Films’.
Dan hekk kif mat-tokki tat-tmienja ta’ filgħodu, dlonk beda l-kju biex bosta jaqtgħu xewqthom u jaħtfu din l-opportunità ta’ darba.
“Naħseb li kienet inizjattiva tajba ħafna speċjalment kif qed tikber l-industrija tal-films, inħeġġu iktar żgħażagħ u tfal biex indaħħluhom fl-industrija.”
“Interessanti ħafna, opportunità sabiħa u grazzi għal attivitajiet bħal dawn tkun taf x’jiġri f’sett ta’ film bħal dan.”
“I think it’s very cool.”
“Tal-ġenn, missu jkun hawn ħafna iktar tat-tip tiegħu għax settijiet bħal dawn ta’ min jitgawdew mill-pubbliku kollu.”
“Meraviljuż, vera sabiħ.”
“Event tajjeb ħafna, tħossok qiegħed fil-film, saħħa ma konniex applikajna biex inkunu extras u terġa’ tidħol fid-dinja tal-films.”
“Esperjenza sabiħa, xi ħaġa differenti hawn Malta u interessanti kemm għat-tfal u kemm għall-adulti.”
“Jiena vera proud li ħafna pajjiżi kbar qed jiġu hawn Malta biex jagħmlu l-films hawn u wkoll qed tiġi aktar popolari Malta.”
“Sabiħ ħafna, interessanti.”
Dawk li tkellimna magħhom kellhom biss kliem ta’ tifħir għal din l-opportunità għall-familja kollha, u anki t-turisti ħatfu dan iċ-ċans biex jgħixu mumenti fuq is-sett ta’ Gladiator, li kien fuq fomm kulħadd.
“It’s beautiful, I like Malta very much.”
“It feels great knowing that I was part of this and when I see the movie, I’m gonna relate to it a lot more better than someone who wasn’t here so I am good to be here and I like it.”
“Really interesting event so I really appreciate to be here and see all this, looks like I opened a time machine and now I’m in 2,000 years ago.”
Il-ġurnata kienet mimlija daqs bajda b’diversi attivitajiet mifruxa maż-żona tal-Malta Film Studios, fosthom b’kostumi ta’ films li nġibdu Malta fil-passat, stalls b’informazzjoni minn dawk li jaħdmu fid-dinja tal-films, u settijiet differenti. Iżda l-aktar imfittex, kien bla dubju s-sett ta’ Gladiator.
“I went to see the show to be honest, it’s quite nice and the set is quite beautiful as well.”
“Sabiħ li tara films bħal Gladiator u tiġi hawnhekk u tesperjenzahom. L-istunt show li xi ħaġa extra li tara, tagħmel differenza kbira mhux ta’ kuljum.”
“Il-Kolossew impressjonanti.”
“Xi ħaġa unika għall-pajjiż, li tara film set sabiħ bħal dan.”
“L-avveniment huwa suċċess kbir, kien hawn verament fejn tieħu pjaċir.”
“Għandna ġenn issa biex joħroġ il-film, xi ħaġa mhux tas-soltu.”