Mara ta’ 66 sena mil-Pietà tilfet ħajjitha wara li ħassha ħażin bejn sema u ilma.
Hija kienet fuq dgħajsa f’Kemmuna għall-ħabta tat-15:00, meta kienet ma tiflaħx u waqgħat, tant li kellhom jintervjenu l-Forzi Armati ta’ Malta.
Hija ttieħdet l-isptar ġenerali t’Għawdex, fejn sfortunatament tilfet ħajjitha.