Il-plejer żagħżugħ Thomas Sammut rebaħ il-kampjonat nazzjonali taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena organizzat mill-Malta Darts Association meta kiseb il-punti meħtieġa fl-għaxar logħbiet li lagħab. Hu kiseb 18-il punt daqs Kyle Satariano iżda rebaħlu 2-0 fil-konfront dirett sabiex seta’ jikseb it-titlu.
Ħdax-il żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem f’dan it-tournament li sar fil-klabb ta’ Żejtun Laċċi fejn il-livell ta’ logħob li ntwera kien verament tajjeb. B’kollox intlagħbu 55 logħba bejn dawn il-plejers li huma l-futur tad-darts lokali.
Fi tmiem il-kompetizzjoni li kienet mifruxa fuq jumejn, il-president tal-Malta Darts Association Tony Demanuele ippreżenta t-tazza lil Thomas Sammut.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAD-DARTS TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Thomas Sammut, Kyle Satariano 18, Geordie Zammit, Gerard Spiteri 16, Aiden Micallef 12, Gyzer Xhin, Alexei Zammit 8, Riyaz Bonello 6, Shaun Hayden Ciappara 4, Lucas Zammit, Acriel Agius Borg 2.