Wara battalja kiefra kontra l-kanċer, Thomas Galea ħalla din id-dinja. Kienet ġlieda ta’ ħames snin, li tulhom l-imħabba ta’ Thomas lejn il-mużika ma waqfitx. Il-grupp mużikali Dwal Ġodda qed jorganizzaw l-attività Music Notes for Thomas. Il-membri rrakkontaw li anke fl-agħar żminijiet tiegħu, Thomas kien jattendi l-provi u l-performances. Għalhekk se jiċċelebraw il-passjoni, ferħ u kuraġġ tiegħu permezz ta’ lejn ta’ mużija fil-Għargħur, nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu.
Se jkun hemm sets ta’ mużika acoustic b’talenti stabbiliti u talenti ġodda, bil-flus kollha jmorru għal Puttinu Cares. Id-dħul huwa bla ħlas, iżda donazzjonijiet se jmorru għal dan l-għan nobbli.
Jekk ma tistax tattendi, xerred il-kelma xorta, biex l-ispirtu ta’ Thomas jibqa’ ħaj u jibqa jkun ta’ kuraġġ u ispirazzjoni.
Aktar informazzjoni hawn.