Tazza te kuljum jaf tgħin fil-ġlieda kontra d-dimensja.
Hekk jgħid studju min-National University of Singapore, li kien ippubbikat fil-Journal of Nutrition, Health and Ageing. Jirriżulta li tazza te kuljum tnaqqas problemi fil-moħħ fost anzjani b’xejn inqas minn 50%. Għal dawk li huma ġenetikament esposti għal mard bħall-Alzheimer’s, din it-tazza te tnaqqas ir-riskju b’86%. Basta jkun te mingħajr ħalib jew inkella green tea.