Dal-lejl, għall-ħabta ta’ nofsillejl u għoxrin, f’diversi nħawi madwar il-gżejjer Maltin, imma l-aktar lejn in-naħa t’isfel, għal ftit sekondi nħasset theżżiża tal-art.
Fl-aħħar ġimgħat, kienu diversi d-drabi meta fil-pajjiż inħass theżżiż ħafif tal-art.
Is-Seismic Monitoring and Research Group tal-Università ta’ Malta rrapporta li l-qawwa tat-terremot, li seħħ madwar 130 kilometru lejn ix-Xlokk tal-pajjiż, kienet ta’ 5.3 fuq l-iskala Richter. Iċ-ċaqliq laqat l-aktar lill-Italja, lil-Libja, u lil Malta.
Ftit sigħat qabel, fl-istess żona nħass theżżiż inqas b’saħħtu, ta’ qawwa ta’ 4.4 fuq l-iskala Richter.