Dalgħodu ftit wara t-tmienja, inħasset theżżiża b’qawwa ta’ 4.5 fuq l-iskala Richter, fiż-żona ta’ madwar 100 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Din it-theżżiża ġiet irreġistrata miċ-Ċentru Siżmiku fl-Universita ta’ Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-midja soċjali, iċ-Ċentru Siżmiku fi ħdan l-Universita ta’ Malta qal li dan it-terremot ikompli bis-sensiela ta’ terrimoti li kellna aktar kmieni din is-sena.
Intqal li l-attivita sismika għadha għaddejja u tista’ ddum diversi ġimgħat jew xhur.