Il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Melvin Theuma kien intqal lilu li individwu involut fil-mażunerija kellu jħallas €100,000 lill-Vince Muscat, il-Koħħu, għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Theuma qal dan waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif tul il-jum komplew jinstemgħu aktar recordings ta’ konversazzjonijiet bejn Theuma nnifsu u Johann Cremona.
Dwar il-pagament ta’ €100,000 minn persuna involut fil-mażunerija u li ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, Melvin Theuma qal li l-pagament kien ġej minn mażuni differenti għall qtil ta’ Caruana Galizia.
Madankollu kompla jispjega kif il-pagament qatt ma sar hekk kif Muscat laħaq ġie arrestat flimkien mal-aħwa Degiorgio.
Dan id-dettall partikolari, Muscat qal li sar jafu mingħand Johann Cremona li kien persuna qrib Yorgen Fenech fin-negozju.
Fil-fatt Melvin Theuma fil-Qorti kompla jispjega kif Johann Cremona qallu biex iwaħħal f’Chris Cardona minkejja li Theuma nnifsu ma’ kienx jaf lill-eks Ministru u n-nies qrib tiegħu.
Tul il-kumpilazzjoni telgħet tixhed ukoll esperta tal-Europol li spjegat l-proċedura addotta biex toħroġ l-informazzjoni mill-mobiles ta’ Yorgen Fenech li ġew ikkonfiskati mill-Pulizija.