F’mument ħelu quddiem l-bini tal-uffiċċju tal-kanċillier Ġermaniż, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May issakkret fil-karozza li kienet fiha. Filfatt l-uffiċċjal tas-sigurtà dehret issibha diffiċli sabiex tiftaħ il-bieba fejn kien hemm May u kien permezz ta’ intervent mix-xufier tal-karozza li l-Prim Ministru Ingliż setgħet toħroġ sabiex tieħu b’idejn Merkel.
Theresa May reġgħet kienet kostretta tpoġġi fuq il-mejda tan-negozjati mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit wara li ħafna mid-Deputati tal-Parlament Inġliż inkluż dawk tal-partit tagħha stess li ma qablux ma dak li rnexxiela tikseb fin-negozjati. Din il-laqgħa segwiet laqgħa oħra li kellha mal-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte f’The Hague.
Filmat: Sky News