Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tiltaqa’ mal-kabinett il-ġdid dalgħodu, wara sensiela ta’ riżenji b’rabta mal-istrateġija tagħha ta’ Brexit li ħallew lill-gvern tagħha fi kriżi.
May kienet sfurzata tagħmel reshuffle wara li Boris Johnson u David Davis irriżenjaw. Il-Prim Ministru Ingliż wissiet lill-Partit tat-Tories li hemm bżonn l-għaqda, inkella jkun hemm il-possibiltà li l-mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn ikun fit-tmexxija tal-pajjiż.
Jeremy Hunt, li kien is-Segretarju tas-Saħħa u l-Kura Soċjali u li ħa post Boris Johnson bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin, qal li se jkun qed jappoġġja lil May.
Ir-Renju Unit mistenni jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla, iżda ż-żewġ naħat għadhom iridu jaqblu fuq kif se jaħdem il-kummerċ bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara dik id-data.