Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tikkanċella l-vot kruċjali b’rabta mal-ftehim ta’ Brexit. Din ix-xniegħa ħarġet fid-dawl li kien ħa jkun hemm telfa kbira minħabba r-ribelli konsevattivi. Sorsi qrib il-Gvern Ingliż qalu li jidher li l-Prim Ministru mistennija li tagħmel diskors għall-ħabta tat-15:30 ta’ wara nofsinhar ħin Ingliż.
Minkejja din id-deċiżjoni jidher li f’Downing Street hemm pressjoni sabiex il-vot jittieħed xorta waħda. Dan wassal sabiex il-ira Sterlina niżlet fil-valur tagħha meta kkomparat mad-Dollaru Amerikan. Minkejja li mal-Unjoni Ewropea kien hemm qbil, dan irid jiġi appoġġjat mill-Parlament Ingliż dwar jekk il-qbil għandux jiġi luiġi sabiex iwassal għat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Jidher li l-Prim Ministru Ingliż qed tipprova tagħmel minn kollox sabiex tikkonvinċi lill-membri parlamentari sabiex jappoġġjat il-ftehim tagħha- fejn saħansitra indikat li b’rabta mal-kwistjoni tal-Irlanda ta’ Fuq hemm lok għal xi tibdiliet.