Theresa May mistennija taffaċċja laqgħa kruċjali hekk kif qed tipprova tirbaħ l-appoġġ tal-kolleggi għal abbozz dwar il-ftehim ta’ Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministri mistennija jiltaqgħu f’Downing Street għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar f’dak li qed jitqies bħala mument kruċjali hekk kif jidher li ftehim intlaħaq fi żmien stipulat miż-żewġ naħat dwar is-suġġett.