Ma ntlaħaq ebda qbil f’laqgħa li saret illum bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker fi Brussell.
Laqgħa li kienet xprunata mill-iskadenza taż- żmien li l-President tal-Parlament Ewropew Donald Tusk poġġa fuq ir-Renju Unit, biex jiġu offruti kundizzjonijiet aħjar sabiex din tkun tista’ titlaq mil-Unjoni Ewropea. Juncker iddeskriva lil May bħala negozjatriċi difficli iżda żied jgħid li jinsab pożittiv li ser jintlaħaq qbil matul din il-ġimgħa.
Il-laqgħa ġiet deskritta mill-Gvern Ingliż bħala waħda vasta u b’diversi diskussjonijiet. May żiedet tgħid li minkejja li għad hemm affarijiet x’jissolvew, tinsab ċerta li d-diskussjonijiet, ser jintemmu b’mod pożittiv.
Ladarba l-proċess jibqa għaddej bl-istess ritmu, hu mifhum li r- Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea f’Marzu elfejn u dsatax.