Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li tinsab determinata li twettaq il-Brexit fil-ħin, qabel it-taħdidiet fuq il-backstop Irlandiża.
Hija qalet li se tirritorna lejn Brussell b’mandat frisk, ideat ġodda u determinazzjoni mġedda.
Dan wara li nhar it-Tlieta li għadda kien hemm appoġġ mill-membri parlamentari Ingliżi għas-sejħiet ta’ arranġament alternattiv għall-fruntiera mal-Irlanda ta’ fuq.
Minkejja dan, id-Deputat Prim Ministru Irlandiż qal li m’ hemm l-ebda arranġamenti alternattivi għall-proposta li saret.