Il-Prim Ministru Ingliż ħeġġet lill-membri parlamentari biex jappoġġjaw il-ftehim Brexit, u qalet li huwa l-unika mod li jkun onorat ir-riżultat tar-referendum u tkun protetta l-ekonomija.
Kitba tagħha ppubblikata f’gazzetta fil-jum tal-Ħadd, May qalet li l-kritiċi tagħha, kemm dawk favur u dawk kontra Brexit, qed jirriskjaw li jagħmlu ħsara lid-demokrazija jekk jopponu l-pjan tagħha.
Iżda stħarriġ li sar għal kampanja People’s Vote wera li inqas minn persuna waħda minn erba votanti jappoġġjaw il-ftehim Brexit ta’ May.
Il-membri parlamentari se jkunu qed jivvutaw fuq jekk humix favur jew kontra l-pjan ta’ May il-ġimgħa d-dieħla. Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu, irrelevanti jekk ikunx hemm ftehim mal-Unjoni Ewropea jew le.