Qatt ma kien hemm deals qabel l-elezzjoni, la mal-Partit Laburista u lanqas mal-Partit Nazzjonalista.
Huwa ċar kristall kliem Paul Apap Bologna mal-ġurnal Maltatoday. Apap Bologna huwa direttur ta’ GEM Holdings, shareholder fil-konsorzju Electrogas li qed tibni l-impjant li jaħdem bil-gas LNG f’Delimara.
Kliemu jġib fix-xejn dak li qed jinsisti l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li l-Partit Laburista għamel xi forma ta’ ftehim qabel l-elezzjoni.
B’referenza għad-dokument li Simon Busuttil ippreżena lill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali, Paul Apap Bologna spjega li dan m’hu xejn għajr preżentazzjoni li saret lura fl-2009.
Dak iż-żmien saret proposta dwar il-qalba mill-aktar żejt li jniġġeż għall-LNG, lill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi.
Apap Bologna jgħid li l-preżentazzjoni saret lil Gonzi nnifsu, u l-eks Ministri George Pullicino u Austin Gatt. Dan tal-aħħar huwa sinonimu mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt – wieħed mill-ikbar skandli li qatt ra pajjiżna u wieħed mir-raġunijiet għaliex pajjiżna, għal deċenji, iddependa fuq il-Heavy Fuel Oil.
‘However’, jgħid Apap Bologna dwar il-proposta biex Malta ma tibqax tuża l-aktar żejt li jniġġeż ‘there was no followup.’