Biswit il-monument fil-Birgu, li jfakkar lil Malta ħielsa, għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għaċ-ċelebrazzjonijiet mill-Partit Laburista fl-okkażjoni tal-ħamsa u erbgħin anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.
It-Tlieta 26 ta’ Marzu, pajjiżna se jfakkar dan il-jum storiku u “l-akbar festa f’pajjiżna”, kif deskritta mill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista l-Perit Duminku Mintoff, meta telqu minn fostna l-forzi militari wara 150 sena ta’ ħakma Britannika.
L-attivitajiet, li jinkludu diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista attwali Robert Abela, jibdew fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija bi spettaklu varjat, waqt li tinxtegħel it-torċa tal-Ħelsien u jitpoġġew fjuri fuq il-monument.
Il-ġurnata taħbat ukoll għeluq is-sentejn tal-akbar rebħa elettorali fl-istorja ta’ pajjiżna.