Għada filgħodu, il-kuntrattur se jibda jħejji s-sit, Triq Aldo Moro, għat-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa.
Il-Kuntrattur se jkun qed juża tliet karreġġjati minn Triq Aldo Moro għada filgħodu bejn is-06:00 u t-08:30. F’dawn il-ħinijiet, it-traffiku se jgħaddi minn karreġġjata waħda.
Is-sewwieqa huma mitluba biex isuqu bil-galbu, jsegwu t-tabelli temporanji u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.
Fit-tieni fażi tal-proġett, li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, il-kuntrattur se jwessa’ parti minn Triq Aldo Moro u se jagħmel xogħol fi Triq il-Gvern Lokali. Matul din il-fażi, il-kuntrattur se jibni wkoll numru ta’ kanali għas-servizzi.
Din hija fażi oħra importanti fil-proġett tal Marsa Junction, proġett li ser itejjeb bil-kbir l-effiċjenza tal-iktar junction użata f’pajjiżna.