Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan wissa li jeżisti riskju t’attakki terroristiċi matul il-Kampjonati Ewropej li se jibdew fi żmien għaxar t’ijiem fi Franza.
L-awtoritajiet Amerikani sostnew li hekk kif dan is-sajf, eluf ta’ turisti mistennija jżuru l-Ewropa, dawn jistgħu jkunu fil-mira tat-terroristi.
Franza tinsab fuq sigurtà massima u wara l-attakki ta’ Pariġi, l-pajjiż għadu taħt stat t’emerġenza.
L-Istat Iżlamiku kemm il-darba hedded li se jwettaq attakki terroristiċi, bl-aħħar wieħed tiegħu fil-qalba tal-Ewropa jkun f’Marzu meta ħoloq kaos fi Brussel.