Emmanuel Macron, il-kandidat Franċiz favorit fl-elezzjoni Presidenzjali ornda riforma sħiħa fl-Unjoni Ewropea sakemm ma tridx taffaċċja ‘Frexit’.
Macron li huwa pro-EU għadda dan il-kumment lill-BBC fl-eqqel tal-kampanja missieleta kontra Marine Le Pen. Din hija l-aħħar ġimgħa qabel mal-poplu Franċiż jiddeċiedi min se jkompli jmexxi l-Istat wara Francious Hollande.
Le Pen hija magħrufa għal kummenti u intenzjonijiet kontra l-Unjoni Ewropea, tant li wegħdet li jekk hi tieħu t-tmun ta’ Franza, issejjaħ referendum dwar is-sħubija ta’ Franza mal-Unjoni Ewropea.
Le Pen qed tkompli tirbaħ l-appoġġ f’żoni rurali tal-pajjiż wara li wegħdet kontrol assolut fuq il-fruntieri Franċiżi u tiġġieled il-kriżi tal-migrazzjoni.