Theddida ta’ bomba żammet ajruplan tal-Air Malta f’Ruma hekk kif dan kien mistenni jiġi lejn Malta.
Il-passiġġieri li kienu mistennija jitilgħu abbord kif ukoll il-bagalji bħalissa qed jiġu ċċekjati.
Permezz ta’ stqarrija l-Air Malta qalet li hi tpoġġi s-sigurta’ tal-klijenti u l-istaff tagħha l-ewwel u għaddejja b’ħidma kontinwa biex tnaqqas l-inkonvenjenza għall-passiġġieri.
Ritratt: Melvin Debono