Il-profil ta’ Twitter tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli spiċċa fil-mira ta’ theddid ta’ bomba mal-Berġa ta’ Kastilja.
Dan il-kumment sar fuq tweet li għamlet is-Segretarju Parlamentari b’filmat ta’ bandiera quddiem Kastilja li ttelgħet biex timmarka l-okkażjoni tal-Pride Week.
Dwar dan il-każ, Julia Farruġia Portelli, b’mod immedjat għamlet rapport lill-Pulizija.